Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0399

    Kawża C-399/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit- 18 ta’ Awwissu 2014 – Grüne Liga Sachsen e.V.  et vs Freistaat Sachsen

    ĠU C 448, 15.12.2014, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 448/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Grüne Liga Sachsen e.V. et vs Freistaat Sachsen

    (Kawża C-399/14)

    (2014/C 448/02)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Grüne Liga Sachsen e.V. et

    Konvenut: Freistaat Sachsen

    Intervenjenti: Landeshauptstadt Dresden

    Parti oħra: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1), tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Habitats”) għandu jiġi interpretat fis-sens li proġett ta’ kostruzzjoni ta’ pont, li ma jservix direttament il-ġestjoni ta’ sit u li ġie awtorizzat qabel l-inklużjoni ta’ dan is-sit fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja, għandu jkun suġġett għal eżami mill-ġdid tal-effetti tiegħu qabel l-implementazzjoni tiegħu jekk is-sit ikun ġie inkluż f’din il-lista wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni iżda qabel l-implementazzjoni tal-proġett u tkun sempliċement twettqet evalwazzjoni tar-riskji/eżami preliminari qabel ma tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1:

    L-awtorità nazzjonali hija marbuta tikkonforma ruħha mar-regoli tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva Habitats waqt l-eżami mill-ġdid a posteriori, fil-każ li tkun tixtieq tibbaża ruħha, bħala miżura preventiva, fuq dawn id-dispożizzjonijiet waqt l-evalwazzjoni tar-riskji/eżami preliminari li titwettaq qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1 u ta’ risposta negattiva għad-domanda 2?

    Liema huma r-rekwiżiti li għandhom japplikaw skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva Habitats għall-eżami mill-ġdid a posteriori ta’ awtorizzazzjoni mogħtija għal proġett u għal liema data għandu jirreferi dan l-eżami?

    4)

    Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, permezz ta’ emendi adattati tar-rekwiżiti tal-eżami, fil-kuntest ta’ proċedura addizzjonali intiża li tirrimedja żball ikkonstatat fl-eżami mill-ġdid a posteriori skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva Habitats jew ta’ evalwazzjoni tal-effetti skont l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva, il-fatt li l-istruttura setgħet tinbena u tkun operabbli peress li d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-pjanijiet kienet direttament infurzabbli, li talba għal miżuri provviżorji ġiet miċħuda u li ma kienx iktar possibbli li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tiġi kkontestata? Fi kwalunkwe każ, dan japplika għal eżami alternattiv, li huwa neċessarju a posteriori, fil-kuntest ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva Habitats?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


    Top