Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0113

    Kawża T-113/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Settembru 2014 – Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta — ‘Gouda Holland’  — Assenza ta’ interess ġuridiku — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 380, 27.10.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/11


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-113/11) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta - ‘Gouda Holland’ - Assenza ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))

    2014/C 380/14

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Loschelder u V. Schoene, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. von Rintelen u M. Vollkommer, sussegwentement minn G. von Rintelen u F. Jimeno Fernández, aġenti)

    Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer, M. Noort, B. Koopman u M. Bulterman, aġenti) u Nederlandse Zuivelorganisatie (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. van Ginneken, F. Gerritzen u C. van Veen, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1122/2010, tat-2 ta’ Diċembru 2010, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gouda Holland (IĠP)] (ĠU L 317, p. 22)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u n-Nederlandse Zuivelorganisatie għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


    Top