Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0114(03)

    Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali wara l-irtirar minn Stat Membru – Għajnuna mill-Istat – Il-Polonja (L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika – Għajnuna mill-Istat SA.30340 (11/C) – LIP — PL — Fiat Powertrain Technologies Il-Polonja Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 12, 14.1.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 12/21


    DEĊIŻJONI SABIEX TINGĦALAQ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA L-IRTIRAR MINN STAT MEMBRU

    Għajnuna mill-Istat – Il-Polonja

    (L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

    Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika

    Għajnuna mill-Istat SA.30340 (11/C) – LIP — PL — Fiat Powertrain Technologies Il-Polonja

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 12/08

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, li bdiet fid-9 ta' Frar 2011 (1) rigward il-miżura li hemm referenza għaliha hawn fuq, fejn ġie reġistrat li l-Polonja rtirat in-notifika tagħha tas-16 ta' Settembru 2011 u se tnaqqas l-ammont għall-għajnuna, sabiex tirrispetta l-limiti u tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (2).


    (1)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 5.

    (2)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.


    Top