EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0246

Kawżi magħquda T-246/08 u T-332/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Melli Bank vs Il-Kunsill ( Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Stħarriġ ġudizzjarju — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Melli Bank vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-246/08 u T-332/08) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Stħarriġ ġudizzjarju - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007”)

2009/C 205/67

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Melli Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment R. Gordon, QC, J. Stratford u M. Hoskins, barristers, R. Gwynne u T. Din, solicitors, sussegwentement D. Anderson, QC, M. Hoskins, S. Gadhia, D. Murray u M. Din, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, E. Belliard u L. Butel, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, assistit minn S. Lee, barrister); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Boelaert u P. Aalto, aġenti):

Suġġett

Fil-Kawżi T-246/08 u T-332/08, l-annullament tal-punt 4 tat-Tabella B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/CE, tat-23 Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), sa fejn dan jikkonċerna lil Melli Bank plc, u, fil-Kawża T-332/08, eventwalment, dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 103, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Melli Bank plc għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 197, 2.8.2008.


Top