EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0071

Kawża T-71/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 8 ta’ Lulju 2009 — Promat vs UASI — Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A. — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROMINA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009] )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Promat vs UASI — Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.)

(Kawża T-71/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A. - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROMINA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]”)

2009/C 205/62

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Beckmann, sussegwentement H. Alt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Prosima Comercial, SA (Barċellona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Novembru 2007 (Każ R 574/2007-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Promat GmbH u Prosima Comercial, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


Top