EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0377
Case C-377/08: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 2 July 2009 (reference for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione (Italy)) — EGN BV — Filiale Italiana v Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2 (Sixth VAT Directive — Article 17(3)(a) — Deductibility and refunding of input VAT — Provision of telecommunications services — Supply of services for a customer established in another Member State — Article 9(2)(e) — Determination of the place where the service is provided)
Kawża C-377/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2 (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 17(3)(a) — Tnaqqis u ħlas lura tal-VAT tal-input imħallsa — Servizzi ta’ telekomunikazzjoni — Provvista ta’ servizzi lil destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor — Artikolu 9(2)(e) — Determinazzjoni tal-post fejn ġie pprovdut is-servizz)
Kawża C-377/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2 (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 17(3)(a) — Tnaqqis u ħlas lura tal-VAT tal-input imħallsa — Servizzi ta’ telekomunikazzjoni — Provvista ta’ servizzi lil destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor — Artikolu 9(2)(e) — Determinazzjoni tal-post fejn ġie pprovdut is-servizz)
ĠU C 205, 29.8.2009, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2
(Kawża C-377/08) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 17(3)(a) - Tnaqqis u ħlas lura tal-VAT tal-input imħallsa - Servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Provvista ta’ servizzi lil destinatarju stabbilit fi Stat Membru ieħor - Artikolu 9(2)(e) - Determinazzjoni tal-post fejn ġie pprovdut is-servizz)
2009/C 205/17
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EGN BV — Filiale Italiana
Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Roma 2
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikoli 9(2)(e) u 17(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni transkonfinali — Dritt tal-fornitur ta’ tali servizzi li jnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa, bħal fis-sistema interna.
Dispożittiv
L-Artikolu 17(3)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu d-dritt, taħt din id-dispożizzjoni, li jnaqqas jew li jikseb il-ħlas lura, f’dan l-Istat Membru, tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fir-rigward ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li ġew ipprovduti lil impriża li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor, sa fejn tali fornitur kien jibbenefika minn dan id-dritt li kieku s-servizzi inkwistjoni ġew ipprovduti f’dan l-ewwel Stat Membru.