Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0093

    Kawża F-93/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 — Beatriz Acosta Iborra et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2006 — Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/72


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Beatriz Acosta Iborra et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-93/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2006 - Kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi)

    (2009/C 44/126)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Beatriz Acosta Iborra (Alkmaar, l-Olanda) u disa' uffiċjali oħra tal-Kummissjoni (rappreżentanti: irrappreżentati inizjalment minn N. Lhoëst, sussegwentement minn N. Lhoëst u S. Fernández Menéndez, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, agenti)

    Parti intervenjenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Simm, agenti)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li, fin-nuqqas ta' prova tal-kapaċità tagħhom li jaħdmu bi tliet lingwi, ir-rikorrenti ma jiġux promossi abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2006.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjonijiet li Acosta Iborra u d-disa' uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li isimhom jidher anness ma' din is-sentenza ma jiġux promossi abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2006, huma annullati.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


    (1)  ĠU C 283, 24.11.2007, p. 44.


    Top