EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0092

Kawża F-92/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 — Evraets vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta' promozzjoni 2006 — Kapaċità tal-uffiċjal li jaħdem b'tielet lingwa)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/72


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Evraets vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2006 - Kapaċità tal-uffiċjal li jaħdem b'tielet lingwa)

(2009/C 44/125)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pascal Evraets (Lambusart, il-Belgju) (rappreżentanti: N. Lhoëst, sussegwentement N. Lhoëst u S. Fernández Menéndez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Parti intervenjenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 4, peress li ma weriex li huwa kapaċi jaħdem b'tielet lingwa, bħala parti mill-proċedura ta' promozzjoni 2006.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni li P. Evraets ma jiġix promoss bħala parti mill-proċedura ta' promozzjoni 2006 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u tar-rikorrent.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007, p. 44.


Top