EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0579

Kawża T-579/08: Rikors ippreżentat fit- 23 ta' Diċembru 2008 — Eridania Sadam vs Il-Kummissjoni

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/65


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 — Eridania Sadam vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/08)

(2009/C 44/111)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eridiana Sadam SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: G.M. Roberti, avukat, I. Perego, avukat, B. Amabile, avukat, M. Serpone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

bħala miżura istruttorja, tordna l-produzzjoni tad-dokumentazzjoni li nġabret fil-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikoli 65 u 66 tar-Regoli tal-Proċedura.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, Eridania Sadam Spa tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta' Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-istat nru C 29/2004 (ex N 328/2003) skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 230 KE.

F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti tressaq erba' motivi sabiex turi li l-konvenuta:

applikat b'mod żbaljat għall-każ preżenti l-Artikolu 87(1) KE, u fi, kwalunkwe każ, għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u naqset mill-obbligu ta' motivazzjoni, meta kkunsidrat li l-pjan ta' sussidju, fiż-żmien meta ġie nnotifikat mill-awtoritajiet Taljani seta', jekk mogħti, jippreġudika l-kummerċ intrakomunitarju u jxekkel il-kompetizzjoni;

kisret l-Artikolu 87(2)(b) KE, kif ukoll il-linji gwida applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għas-settur agrikolu kif ukoll il-prassi tagħha stess — u, fi kwalunkwe każ, għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u naqset mill-obbligu ta' motivazzjoni — meta kkunsidrat li l-pjan ta' sussidju, fiż-żmien meta ġie nnotifikat mill-awtoritajiet Taljani, ma setax jibbenefika minn eżenzjoni stipulata fl-imsemmi Artikolu 87(2)(b) KE;

kisret ukoll l-Artikolu 87(3)(c) KE, u, fi kwalunkwe każ, għamlet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u naqset mill-obbligu ta' motivazzjoni, meta kkunsidrat li l-pjan ta' sussidju, fiż-żmien meta ġie nnotifikat mill-awtoritajiet Taljani, ma setax jibbenefika mill-eżenzjoni stipulata fl-imsemmi Artikolu 87(3)(c) KE;

kisret il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, ta' diligenza u tal-premura minħabba, b'mod partilkolari, it-tul eċċessiv tal-proċedimenti amministrattivi.


Top