Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0502

    Kawża T-502/08: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Novembru 2008 — Volkswagen vs UASI — Deutsche BP (SunGasoline)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/48


    Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Volkswagen vs UASI — Deutsche BP (SunGasoline)

    (Kawża T-502/08)

    (2009/C 44/84)

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla u S. Risthaus, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deutsche BP AG (Gelsenkirchen, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 513/2007-4 u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SunGasoline” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7, 12, 35, 37 u 39 (Applikazzjoni Nru 3 418 647)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Deutsche BP AG

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “GASOLIN” (Trade mark Nru 763 901) għal prodotti fil-klassi 4

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors milqugħ parzjalment għal ċerti prodotti fil-klassi 4

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15(2)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 (1), billi ma ġiex ipprovat b'mod suffiċjenti l-użu ġenwin tat-trade mark opponenti u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, billi m'hemm l-ebda probbabiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top