EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TA0090
Joined Cases T-90/07 P and T-99/07 P: Judgment of the Court of First Instance of 18 December 2008 — Belgium and Commission v Genette (Appeal — Staff cases — Officials — Pensions — Transfer of national pension rights — Decision refusing the withdrawal of a transfer application and the introduction of a new transfer application — Jurisdiction of the Civil Service Tribunal — Alteration of the subject-matter of the proceedings — Inadmissibility of the action at first instance)
Kawżi magħquda T-90/07 P u T-99/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 18 ta' Diċembru 2008 — Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Emmanuel Genette ( Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali — Deċiżjoni li tirrifjuta l-irtirar ta' talba għal trasferiment u t-tressiq ta' talba ġdida għal trasferiment — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Bdil tas-suġġett tal-kawża — Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza )
Kawżi magħquda T-90/07 P u T-99/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 18 ta' Diċembru 2008 — Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Emmanuel Genette ( Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali — Deċiżjoni li tirrifjuta l-irtirar ta' talba għal trasferiment u t-tressiq ta' talba ġdida għal trasferiment — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Bdil tas-suġġett tal-kawża — Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza )
ĠU C 44, 21.2.2009, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/45 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Emmanuel Genette
(Kawżi magħquda T-90/07 P u T-99/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali - Deċiżjoni li tirrifjuta l-irtirar ta' talba għal trasferiment u t-tressiq ta' talba ġdida għal trasferiment - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Bdil tas-suġġett tal-kawża - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza’)
(2009/C 44/78)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti, assistiti minn L. Markey, avukat); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti)
Parti oħra fil-kawża: Emmanuel Genette (Gorze, Franza) (rappreżentant: M.A. Lucas, avukat)
Suġġett
Żewġ appelli mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Jannar 2007, Genette vs Il-Kummissjoni (F-92/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiżi għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Jannar 2007, Genette vs Il-Kummissjoni (F-92/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata. |
2) |
Ir-rikors ippreżentat minn E. Genette quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-92/05 huwa miċħud bħala inammissibbli. |
3) |
E. Genette għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi kemm għall-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal din l-istanza. |
4) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi kemm għall-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal din l-istanza. |
5) |
Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relattivi kemm għall-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal din l-istanza. |