EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0566

Kawża C-566/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Diċembru 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-566/08)

(2009/C 44/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, G. Mazzini u D. Gauci, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/780/KE, tad-29 ta' Settembru 2008, dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (1), minħabba ksur tat-Trattat KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew jinvoka motiv wieħed fondat fuq il-bażi legali żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata. Skont ir-rikorrent, jirriżulta fil-fatt b'mod ċar, kemm mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 300 KE, kif ukoll mill-kontenut tal-akkordju inkwistjoni f'din il-kawża, li dan tal-aħħar jaqa' taħt il-kategorija ta' akkordju li jistabbilixxi struttura istituzzjonali speċifika billi jorganizza proċeduri ta' kooperazzjoni. Konsegwentement, id-deċiżjoni ikkontestata kellha tiġi adottata abbażi tal-Artikolu 37 KE, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 300(2) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 300(3) KE — li jipprovdi għal proċedura ta' kunsens tal-Parlament Ewropew —, u mhux abbażi tal-Artikolu 37 KE, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 300(3) KE, li jipprovdi għal sempliċi konsultazzjoni ma' din l-istituzzjoni.


(1)  ĠU L 268, p. 27.


Top