EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0388

Kawża C-388/08 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 1 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — Il-Finlandja) — Proċeduri kriminali kontra Artur Leymann, Aleksei Pustovarov (Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 27 — Mandat ta' arrest Ewropew u proċeduri ta' kunsinja bejn Stati Membri — Prinċipju ta' speċjalità — Proċedura ta' kunsens)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — Il-Finlandja) — Proċeduri kriminali kontra Artur Leymann, Aleksei Pustovarov

(Kawża C-388/08 PPU) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 27 - Mandat ta' arrest Ewropew u proċeduri ta' kunsinja bejn Stati Membri - Prinċipju ta' speċjalità - Proċedura ta' kunsens)

(2009/C 44/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

Artur Leymann, Aleksei Pustovarov

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 27(2), (3) u (4) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA [ĠAI], tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [kunsinja] bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, p. 1) — Tibdil fid-deskrizzjoni tal-fatti li fuqha hija bbażata l-kundanna meta mqabbla ma' dik li fuqha huwa bbażat il-mandat ta' arrest — Kunċett ta' “offiża [reat] […] barra dik [dak] għal liema l-persuna kienet ġiet ċeduta [ikkunsinjata]” — Bżonn jew le li tinbeda l-proċedura ta' kunsens.

Dispożittiv

1)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-reat ikkunsidrat huwiex “offiża [reat] barra” dak għal liema l-persuna kienet ġiet ikkunsinjata, skont l-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA [ĠAI], tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [kunsinja] bejn l-Istati Membri, li jeħtieġ l-implementazzjoni tal-proċedura ta' kunsens prevista fl-Artikolu 27(3)(g) u (4) ta' din id-deċiżjoni qafas, għandu jiġi vverifikat jekk l-elementi li jikkostitwixxu r-reat, skont id-deskrizzjoni legali li ssir ta' dan tal-aħħar fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat, humiex dawk li għalihom il-persuna ġiet ikkunsinjata u jekk teżistix korrispondenza suffiċjenti bejn id-data li tinstab fil-mandat ta' arrest u dik imsemmija fl-att ta' proċedura ulterjuri une Bdil fiċ-ċirkustanzi ta' ħin u ta' post huwa ammess, sakemm, dan jirriżulta mill-elementi miġbura matul il-proċeduri segwiti fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat dwar il-komportamenti deskritti fil-mandat ta' arrest, ma jbiddilx in-natura tar-reat u ma jneħħix raġunijiet għal nuqqas ta' eżekuzzjoni skont l-Artikoli 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni qafas.

2)

F'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, bdil fid-deskrizzjoni tar-reat, li jikkonċerna l-kategorija tad-drogi narkotiċi inkwistjoni, waħdu, mhuwiex tali li jikkaratterizza “offiża [reat] barra” dak għal liema l-persuna kienet ġiet ikkunsinjata, skont l-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584.

3)

L-eċċezzjoni prevsita fl-Artikolu 27(3)(ċ) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandha tkun interpretata fis-sens li, quddiem “offiża [reat] barra” dak għal liema l-persuna kienet ġiet ikkunsinjata, il-kunsens għandu jkun mitlub, skont l-Artikolu 27(4) ta' din id-deċiżjoni qafas, u miksub jekk hemm lok li tiġi eżegwita piena jew miżura li tirristrinġi l-libertà personali. Il-persuna kkunsinjata tista' tiġi pproċessata jew ikkundannata għal tali reat qabel ma jkun inkiseb il-kunsens, sakemm ebda miżura li tirristrinġi l-libertà personali mhija applikata matul il-prosekuzzjoni jew is-sentenza relatata ma' dan ir-reat. L-eċċezzjoni prevista f'dan l-Artikolu 27(3)(ċ) madankollu ma tipprekludix li l-persuna kkunsinjata tkun suġġetta għal miżura li tirristrinġi l-libertà personali qabel ma jkun inkiseb il-kunsens, sakemm din il-miżura hija legalment iġġustifikata minn kapijiet oħra tal-akkuża li jinstabu fil-mandat ta' arrest Ewropew.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Top