EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0013
Case C-13/08: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 22 December 2008 (reference for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany)) — In the proceedings brought by Erich Stamm, Anneliese Hauser (Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other, on the free movement of persons — Equal treatment — Self-employed frontier workers — Agricultural lease — Agricultural structure)
Kawża C-13/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Proċeduri mibdija minn Erich Stamm, Anneliese Hauser (Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Trattament ugwali — Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom — Qbiela — Struttura agrarja)
Kawża C-13/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Proċeduri mibdija minn Erich Stamm, Anneliese Hauser (Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Trattament ugwali — Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom — Qbiela — Struttura agrarja)
ĠU C 44, 21.2.2009, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Proċeduri mibdija minn Erich Stamm, Anneliese Hauser
(Kawża C-13/08) (1)
(Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Trattament ugwali - Ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom - Qbiela - Struttura agrarja)
(2009/C 44/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Erich Stamm, Anneliese Hauser
Fil-preżenza ta': Regierungspräsidium Freiburg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(1), 13(1) u 15(1) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 1999 (ĠU 2002, L 114, p. 6) — Applikabbiltà tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom — Bidwi ta' ċittadinanza Żvizzera residenti fl-Iżvizzera li kkonkluda kuntratt ta' kiri ta' art għal użu agrikolu li tinsab fil-Ġermanja.
Dispożittiv
Skont l-Artikolu 15(1) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 1999, parti kontraenti għandha tagħti lill-“ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom”, fis-sens tal-Artikolu 13 ta' dan l-anness, tal-parti kontraenti l-oħra, f'dak li jikkonċerna l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħha fl-Istat ospitanti, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti minn dan tal-aħħar liċ-ċittadini tiegħu.