EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0517

Kawża C-517/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Afton Chemical Limited vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs (Direttiva 92/81/KEE — Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali — Artikolu 2(2) u (3) kif ukoll l-Artikolu 8(1)(a) — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni tal-prodotti ta' enerġija u tal-elettriku — Artikolu 2(2) sa (4)(b) — Kamp ta' applikazzjoni — Addittivi għal karburant li għandhom il-karatteristika ta' żjut minerali jew ta' prodotti ta' enerġija, iżda li ma jintużawx bħala karburant — Sistema nazzjonali ta' tassazzjoni)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) — Ir-Renju Unit) — Afton Chemical Limited vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-517/07) (1)

(Direttiva 92/81/KEE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Artikolu 2(2) u (3) kif ukoll l-Artikolu 8(1)(a) - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni tal-prodotti ta' enerġija u tal-elettriku - Artikolu 2(2) sa (4)(b) - Kamp ta' applikazzjoni - Addittivi għal karburant li għandhom il-karatteristika ta' żjut minerali jew ta' prodotti ta' enerġija, iżda li ma jintużawx bħala karburant - Sistema nazzjonali ta' tassazzjoni)

(2009/C 44/33)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Afton Chemical Limited

Konvenuti: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(3) u 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta' Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (ĠU L 316, p. 12), ta' l-Artikoli 2(3) u 4(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, p. 51) u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta' Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (ĠU L 76, p. 1) — Żjut minerali miżjuda mal-karburanti għal skopijiet għajr milli biex tiżdied is-saħħa tal-vettura iżda mhux intiżi sabiex jiġu mibjugħa jew użati bħala karburant — Tassazzjoni bħala karburant?

Dispożittiv

L-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta' Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 94/74/KE, tat-22 ta' Diċembru 1994, fir-rigward tal-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2003, u l-Artikolu 2(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta' Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li addittivi għal karburant, bħal dawk fil-kawża prinċipali, li għandhom il-kwalità ta' “żjut minerali” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tal-ewwel waħda minn dawn id-direttivi u ta' “prodotti ta' enerġija” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tat-tieni waħda minnhom, iżda li mhumiex intenzjonati għall-użu, għall-bejgħ jew użati bħala karburant tal-karrozzi, għandhom jiġu suġġetti għas-sistema ta' tassazzjoni prevista mill-imsemmija direttivi.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


Top