EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0414

Kawża C-414/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Magoora sp. zoo vs Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 17(2) u (6) — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Tnaqqis tal-VAT fuq ix-xiri ta' karburant għal ċerti vetturi irrispettivament mill-għan li għalih jintużaw — Restrizzjoni effettiva tad-dritt għal tnaqqis — Esklużjonijiet pprovduti taħt il-liġi nazzjonali fil-mument li daħlet fis-seħħ id-Direttiva)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie — Ir-Repubblika tal-Polonja) — Magoora sp. zoo vs Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie

(Kawża C-414/07) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 17(2) u (6) - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Tnaqqis tal-VAT fuq ix-xiri ta' karburant għal ċerti vetturi irrispettivament mill-għan li għalih jintużaw - Restrizzjoni effettiva tad-dritt għal tnaqqis - Esklużjonijiet pprovduti taħt il-liġi nazzjonali fil-mument li daħlet fis-seħħ id-Direttiva)

(2009/C 44/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magoora sp. zoo

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2) u (6) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq ix-xiri ta' karburant għal ċerti vetturi irrispettivament mill-għan li għalih tintuża (professjonali jew privat) l-vettura kkonċernata — Modifika tal-kriterji relatati mal-vetturi koperti mill-esklużjoni li wasslet għal-limitazzjoni de facto tal-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt għal tnaqqis meta mqabbel mal-perijodu qabel ma d-Direttiva daħlet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat

Dispożittiv

It-tieni suparagrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, jipprekludi lil Stat Membru milli jħassar fit-totalità tagħhom, fl-okkażjoni tat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva fid-dritt intern, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjur tal-input imħallsa fuq ix-xiri ta' karburant għal vetturi użati għall-finijiet ta' attività taxxabbli, billi jissostiwixxi, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva fit-territorju tiegħu, dawn id-dispożizzjonijiet b'dispożizzjonijiet li jistabbilixxu kriterji ġodda f'dan ir-rigward, jekk — u dan huwa punt li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju — dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar kellhom bħala effett li wessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tal-imsemmija limitazzjonijiet. F'kull każ, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva jipprekludi lil Stat Membru milli sussegwentement jemenda l-leġiżlazzjoni tiegħu li daħlet fis-seħħ fl-imsemmija data b'mod li jwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-limitazzjonijiet meta mqabbel mas-sitwazzjoni eżistenti qabel din id-data.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top