EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0337

Kawża C-337/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Ibrahim Altun vs Stadt Böblingen (Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni — Dritt ta' residenza ta' wild ħaddiem Tork — Ħaddiem li jagħmel parti mis-suq legali tax-xogħol — Qgħad involontarju — Applikabbiltà tal-imsemmi ftehim għar-refuġjati Torok — Kundizzjonijiet għat-telf tad-drittijiet miksuba)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Ibrahim Altun vs Stadt Böblingen

(Kawża C-337/07) (1)

(Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni - Dritt ta' residenza ta' wild ħaddiem Tork - Ħaddiem li jagħmel parti mis-suq legali tax-xogħol - Qgħad involontarju - Applikabbiltà tal-imsemmi ftehim għar-refuġjati Torok - Kundizzjonijiet għat-telf tad-drittijiet miksuba)

(2009/C 44/24)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ibrahim Altun

Konvenuta: Stadt Böblingen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Stuttgart — Interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Dritt ta' residenza ta' ċittadin Tork li daħal fit-territorju nazzjonali meta kien għadu minuri fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja — Kundanna kriminali — Impatt fuq id-dritt ta' residenza — Applikabbiltà għar-refuġjati Torok — Dritt ta' ażil mogħti lill-missier fuq informazzjoni falza — Revoka tad-dritt ta' ażil bħala kundizzjoni għaċ-ċaħda tad-dritt ta' residenza derivat — Dritt derivat suġġett għall-kundizzjoni ta' parteċipazzjoni fis-suq tal-impjieg ta' Stat Membru għal perijodu ta' tliet snin waqt l-eżistenza tal-komunità tal-familja mal-minuri

Dispożittiv

1)

L-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1/80, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, li twaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li wild ħaddiem Tork jista' jibbenefika mid-drittijiet mogħtija taħt din id-dispożizzjoni, meta, matul il-perijodu ta' tliet snin li fihom dan il-wild għex ma' tali ħaddiem, dan tal-aħħar eżerċita attività professjonali matul sentejn u nofs qabel ma sab ruħu mingħajr xogħol matul is-sitt xhur sussegwenti.

2)

Il-fatt li ħaddiem Tork kiseb id-dritt ta' residenza fi Stat Membru u, għalhekk, id-dritt ta' aċċess għas-suq tax-xogħol f'dan l-Istat bħala refuġjat politiku ma jipprekludix lil membru tal-familja tiegħu milli jkun jista' jibbenefika mid-drittijiet disponibbli taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.

3)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta ħaddiem Tork ikun kiseb l-istatus ta' refuġjat politiku abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz, id-drittijiet li membru tal-familja tiegħu għandu taħt din id-dispożizzjoni ma jistgħux jiġu kkontestati jekk dan tal-aħħar, fil-jum li fih jiġi rtirat il-permess ta' residenza li ngħata lil dan il-ħaddiem, jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top