Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0205

    Kawża C-205/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent — Il-Belġju) — Proċeduri kriminali kontra Lodewijk Gysbrechts, Santurel Inter BVBA (Artikoli 28 KE sa 30 KE — Direttiva 97/7/KE — Protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod — Terminu għall-irtirar mill-kuntratt — Projbizzjoni li jintalab mingħand il-konsumatur ħlas akkont jew pagament qabel l-iskadenza tat-terminu għall-irtirar mill-kuntratt)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent — Il-Belġju) — Proċeduri kriminali kontra Lodewijk Gysbrechts, Santurel Inter BVBA

    (Kawża C-205/07) (1)

    (Artikoli 28 KE sa 30 KE - Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod - Terminu għall-irtirar mill-kuntratt - Projbizzjoni li jintalab mingħand il-konsumatur ħlas akkont jew pagament qabel l-iskadenza tat-terminu għall-irtirar mill-kuntratt)

    (2009/C 44/17)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Beroep te Gent

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Lodewijk Gysbrechts, Santurel Inter BVBA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 u 30 KE — Effetti fuq il-kummerċ intra-Komunitarju ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi li jintalab mingħand il-konsumatur ħlas akkont jew pagament qabel l-iskadenza tat-terminu ta' rtirar — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju

    Dispożittiv

    L-Artikolu 29 KE ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprojbixxi lill-fornitur, fil-kuntest ta' bejgħ mill-bogħod transkonfinali, li jitlob ħlas akkont tal-prezz jew kwalunkwe ħlas ieħor mingħand il-konsumatur qabel l-iskadenza tat-terminu ta' rtirar, iżda jipprekludi li, b'applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, ikun ipprojbit, qabel l-iskadenza tal-imsemmi terminu, li jintalab in-numru tal-karta ta' kreditu tal-konsumatur.


    (1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


    Top