This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0101
Joined Cases C-101/07 P and C-110/07 P: Judgment of the Court (Third Chamber) of 18 December 2008 — Coop de France Bétail et Viande, formerly Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV)/Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), Fédération nationale bovine (FNB), Fédération nationale des producteurs de lait (FNPL), Jeunes agriculteurs (JA) v Commission of the European Communities, French Republic (Appeals — Competition — Market in beef and veal — Agreement between national federations of farmers and slaughterers with the object of suspending imports of beef and veal and fixing a minimum purchase price — Fines — Regulation No 17 — Article 15(2) — Taking into account of the turnover of undertakings which are members of the federations)
Kawża C-101/07 P u C-110/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta' Diċembru 2008 — Coop de France Bétail et Viande, li qabel kienet Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV), Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), Fédération nationale bovine (FNB), Fédération nationale des producteurs de lait (FNPL), Jeunes agriculteurs (JA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Ir-Repubblika Franċiża (Appell — Kompetizzjoni — Suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella — Ftehim konkluż bejn federazzjonijiet nazzjonali ta' dawk li jrabbu u l-biċċiera dwar is-sospensjoni tal-importazzjonijiet ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella u l-iffissar ta' prezz minimu ta' xiri — Multi — Regolament Nru 17 — Artikolu 15(2) — Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ ta' impriżi membri ta' federazzjonijiet)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 — Coop de France Bétail et Viande, li qabel kienet Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV), Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), Fédération nationale bovine (FNB), Fédération nationale des producteurs de lait (FNPL), Jeunes agriculteurs (JA) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-101/07 P u C-110/07 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Ftehim konkluż bejn federazzjonijiet nazzjonali ta' dawk li jrabbu u l-biċċiera dwar is-sospensjoni tal-importazzjonijiet ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella u l-iffissar ta' prezz minimu ta' xiri - Multi - Regolament Nru 17 - Artikolu 15(2) - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ ta' impriżi membri ta' federazzjonijiet)
(2009/C 44/11)
Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Coop de France Bétail et Viande, li qabel kienet Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV) (rappreżentanti: M. Ponsard, avukat) (C-101/07 P), Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), Fédération nationale bovine (FNB), Fédération nationale des producteurs de lait (FNPL), Jeunes agriculteurs (JA) (rappreżentanti: V. Ledoux et B. Neouze, avukati) (C-110/07 P)
Appellati: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Ramet, aġenti) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla), tat-13 ta' Diċembru 2006, FNCBV et vs Il-Kummissjoni (T-217/03 u T-245/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/600/KE, tat-2 ta' April 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (ĠU L 209, p. 12) u, sussidjarjament, għat-tneħħija jew għat-tnaqqis tal-multa imposta bl-imsemmija deċiżjoni — Elementi li jikkostitwixxu akkordju — Bżonn ta' kunsens tal-partijiet — Metodu ta' kalkolu tal-multi — Possibbiltà li jittieħed in kunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-membri ta' assoċjazzjoni meta din ma għandhiex is-setgħa, formalment, li torbot lill-membri tagħha — Obbligu ta' motivazzjoni u ksur tad-drittijiet tad-difiża.
Dispożittiv
1) |
L-appelli huma miċħuda. |
2) |
Il-Coop de France bétail et viande, li qabel kienet Fédération nationale de la coopération bétail et viande (FNCBV), il-Fédération nationale des syndicats d'exploitants agricoles (FNSEA), il-Fédération nationale bovine (FNB), il- Fédération national des producteurs de lait (FNPL) u l-Jeunes agriculteurs (JA) huma kkundannati għall-ispejjeż. |
3) |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |