Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0433

    Kawża T-433/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 20 ta' Novembru 2008 — SIAE vs Il-Kummissjoni ( Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta' urġenza )

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/36


    Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2008 — SIAE vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-433/08 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza’)

    (2009/C 32/71)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Società Italiana degli Autori ed Editori (SIAE) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, M. Mandel, L. Vullo u S. Valentino, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Castillo de la Torre, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top