Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0188

    Kawża T-188/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 25 ta' Novembru 2008 — Fastweb vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali — Telekomunikazzjonijiet — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Deċiżjoni adottata fil-mori tal-kawża, mill-Istat Membru, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriża, li qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' rikors għal annullament — Tneħħija tal-interess ġuridiku — M'hemmx lok għal deċiżjoni )

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/35


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Fastweb vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-188/07) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali - Telekomunikazzjonijiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Deċiżjoni adottata fil-mori tal-kawża, mill-Istat Membru, li ma jirkuprax l-għajnuna mingħand l-impriża, li qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta' rikors għal annullament - Tneħħija tal-interess ġuridiku - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)

    (2009/C 32/66)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Fastweb SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola u T. Ubaldi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Martenczuk, G. Conte u E. Righini, aġenti)

    Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Sky Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. González Díaz u D. Gerard, avukati); u Centro Europa 7 Srl (Ruma) (rappreżentanti: R. Mastroianni, F. Ferraro u M. Condinanzi, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/374/KE, tal-24 ta' Jannar 2007 dwar għajnuna mill-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) li ġiet implementata mir-Repubblika Taljana bis-sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali

    Dispożittiv

    1)

    M'għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


    Top