Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0462

    Kawża T-462/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 17 ta' Diċembru 2008 — HEG u Graphite India vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ( Politika kummerċjali komuni — Dazji kontra d-dumping — Dazji kompensatorji — Importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja — Drittijiet tad-difiża — Trattament ugwali — Determinazzjoni tal-ħsara — Rabta kawżali )

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/25


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — HEG u Graphite India vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża T-462/04) (1)

    (“Politika kummerċjali komuni - Dazji kontra d-dumping - Dazji kompensatorji - Importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja - Drittijiet tad-difiża - Trattament ugwali - Determinazzjoni tal-ħsara - Rabta kawżali’)

    (2009/C 32/46)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorreni: HEG Ltd (New Delhi, l-Indja) u Graphite India (Kolkata, l-Indja) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn K. Adamantopoulos, avukat, u J. Branton, solicitor, sussegwentement minn J. Branton)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrish, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004, tat-13 ta' Settembru 2004, li jimponi taxxa kompensatorja definittiva [dazju kompensatorju definittiv] u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta [id-dazju provviżorju impost] fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, p. 4) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta' Settembru 2004, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, p. 10).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    HEG Ltd u Graphite India Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kunsill.

    3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 69, 19.3.2005.


    Top