This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0114
Commission Regulation (EU) No 114/2010 of 9 February 2010 amending Regulation (EC) No 2229/2004 as regards the time period granted to EFSA for the delivery of its view on the draft review reports concerning the active substances for which there are clear indications that they do not have any harmful effects (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2010 tad- 9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 fir-rigward tal-perjodu ta' żmien mogħti lill-EFSA għall-għoti tal-opinjoni tagħha dwar ir-reviżjoni tal-abbozz tar-rapporti dwar is-sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li ma għandhom l-ebda effett ħażin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 114/2010 tad- 9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 fir-rigward tal-perjodu ta' żmien mogħti lill-EFSA għall-għoti tal-opinjoni tagħha dwar ir-reviżjoni tal-abbozz tar-rapporti dwar is-sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li ma għandhom l-ebda effett ħażin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 37, 10.2.2010, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R2229 | Emenda | artikolu 25 BI | 02/03/2010 |
10.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 114/2010
tad-9 ta’ Frar 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 fir-rigward tal-perjodu ta' żmien mogħti lill-EFSA għall-għoti tal-opinjoni tagħha dwar ir-reviżjoni tal-abbozz tar-rapporti dwar is-sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li ma għandhom l-ebda effett ħażin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) ta' dan,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2), fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li jista' jkun mistenni li sustanza attiva ma jkollhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew xi influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent, dik is-sustanza għandha tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mingħajr ma tiġi kkonsultata l-EFSA minn qabel. |
(2) |
Fejn xi sustanza attiva kienet inkluża skont l-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 mingħajr ma kienet ikkonsultata l-EFSA, l-Artikolu 25a tiegħu jipprovdi li l-EFSA għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010. |
(3) |
Minħabba n-numru ta' sustanzi attivi li kienu inklużi skont l-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, huwa meħtieġ li jitħalla aktar żmien għall-EFSA biex tagħti opinjoni tagħha. Għas-sustanzi kkonċernati hemm indikazzjonijiet ċari li m’għandhomx effetti ħżiena. Wara li tqiesu dawn il-fatti, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien li matulu l-EFSA għandha tagħti opinjoni tagħha mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012. |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, il-kelmiet “31 ta’ Diċembru 2010” huma mibdula b’dawn: “31 ta' Diċembru 2012”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.