EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R1536

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta' Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istandards ta' marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat

OJ L 163, 17.6.1992, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 04 Volume 004 P. 93 - 96
Special edition in Swedish: Chapter 04 Volume 004 P. 93 - 96
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 002 P. 27 - 30
Special edition in Bulgarian: Chapter 04 Volume 002 P. 68 - 71
Special edition in Romanian: Chapter 04 Volume 002 P. 68 - 71
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 008 P. 68 - 71

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/1536/oj

31992R1536



Official Journal L 163 , 17/06/1992 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 4 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 4 P. 0093


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92

tad-9 ta' Ġunju 1992

li jippreskrivi l-istandards ta' marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3687/91 tat-28 ta' Novembru 1991 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3687/91 jipprovdi għall-possibilità li jiġu addottati standards ta' marketing komuni għall-prodotti tas-sajd fil-Komunità, b'mod partikolari sabiex jinżammu barra mis-suq il-prodotti ta' kwalità kummerċjali insodisfaċenti u sabiex jitħaffu r-relazzjonijiet kummerċjali bbażati fuq kompetizzjoni ġusta.

Billi l-addozzjoni ta' dawn l-istandards għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat x'aktarx li ttejjeb il-qliegħ fuq l-produzzjoni tat-tonn fil-Komunità, u l-ftuħ tas-suq għalihom, u sabiex iħaffu t-tneħħija tal-prodotti;

Billi jrid jiġi speċifikat f'dan il-kuntest, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-suq, illi l-prodotti involuti jridu jkunu ppreparati esklussivament minn speċi ddefinita tajjeb u jrid ikun fihom kwantità minima ta' ħut;

Billi l-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiddefinixxi l-isem kummerċjali tal-prodotti konċernati; billi huwa għal kollox mingħajr preġudizzju għall-klassifika u t-trattament tat-tariffa tagħhom meta jiġu importati ġewwa l-Komunità, b'mod partikolari għall-konċessjoni ta' arranġamenti preferenzjali;

Billi, sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza fid-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodotti involuti, il-preżentazzjoni li fiha jkunu mpoġġija fis-suq u l-metodu tan-nomina tal-mezzi ta' l-għata preskritti għandhom jiġu ddefiniti; billi dawn il-kriterji ma jridux, madankollu, ikunu tali hekk li ma jħallux id-dħul ta' prodotti ġodda fis-suq;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u l-pubbliċità ta' oġġetti ta' l-ikel għall-bejgħ lil konsumaturi ta' l-aħħar [2], u 76/211/KEE ta' l-20 ta' Jannar 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-għamla skond il-piż jew skond il-volum ta' ċerti prodotti ppakkjati minn qabel [3], jispeċifikaw il-partikolaritajiet meħtieġa għal tagħrif korrett u għall-protezzjoni tal-konsumatur rigward xi jkun fihom il-pakketti; billi għat-tonn u l-plamtu/tumbrell, id-deskrizzjoni kummerċjali għandha tistabbilixxi wkoll rigward il-preżentazzjoni kummerċjali jew it-tħejjija ta' l-ikel u, fejn xieraq, il-mezz ta' l-għata użat; billi t-tikkettjar tal-prodotti involuti għandu jkun meħtieġ jiddikjara xi jkun hemm fil-kontenitur; billi t-tifsira tad-deskrizzjoni kummerċjali "naturali" għandha tiġi definita;

Billi l-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd [4] huwa illi tarmonizza l-ħtiġiet tas-saħħa li jridu jiġu rispettati meta prodotti tas-sajd tal-Komunità jinħarġu fis-suq u sabiex is-saħħa pubblika tiġi protetta; billi l-ħtiġiet preskritti f'dan il-livell stabbilit tal-bejgħ fis-suq huma applikati mingħajr preġudizzju għar-regolamenti dwar is-saħħa fis-seħħ

Billi l-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà li taddotta l-miżuri tekniċi kollha ta' implimentazzjoni, b'konformità ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandard li jirregola l-marketing ta' tonn u plamtu priservati fil-Komunità.

L-Artikolu 2

1. Id-deskrizzjoni kummerċjali tat-tonn jew tal-plamtu priservat, kif iddefinit fl-Artikolu 5, għandha tkun riservata għall-prodotti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1) It-tonn priżervat irid:

- jaqa' taħt il-kodiċi NM 16041410 u eż 16042070,

- jiġi imħejji esklussivament minn ħut ta' waħda mill-ispeċi mniżżla fil-lista f'punt I ta' l-Anness ma' dan ir-Regolament;

(2) Il-plamtu imħejji għandu:

- jaqa' taħt il-kodiċi NM 16041490, eż 16042050, 16041930, eż 16042070, eż 16041999 u eż 16042090;

- ikun imħejji esklussivament minn ħut ta' waħda mill-ispeċi mniżżla fil-lista fil-punt II ta' l-Anness ma' dan ir-Regolament.

2. Ma jistgħux jiġu mħallta speċi differenti fl-istess kontenitur.

Madankollu, tħejjijiet ta' l-ikel li jużaw il-laħam tat-tonn jew tal-plamtu li jwassal għal li ma tibqax tidher il-binja muskolari jista' jkun fihom il-laħam ta' ħut ieħor li jkun għadda mill-istess trattament sakemm mill-inqas 25 % tal-piż nett ikun ta' tonn jew ta' plamtu jew ta' taħlita tat-tnejn.

L-Artikolu 3

1. Jekk xi waħda minn dawn il-għamliet ta' preżentazzjoni kummerċjali tal-prodott tkun tagħmel parti mid-deskrizzjoni kummerċjali li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 5, għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet li ġejjin:

(i) solidi: il-muskolatura tiġi mqatta' b'mod trasversali u tiġi ppreżentata bħala qatgħa sħiħa magħmula minn porzjon waħdieni jew mibnija mill-ġdid bl-għaqda kumpatta ta' numru ta' porzjonijiet tal-laħam.

Il-preżenza ta' taqxir, li jammonta għal sa 18 % ta' l-użin tal-ħut, għandha tiġi tollerata.

Madankollu, meta l-muskolatura titpoġġa nejja fil-landi, il-preżenza tat-taqxir għandha tiġi pprojbita; jistgħu jiżdiedu frak tal-laħam sabiex jagħmlu l-użin;

(ii) biċċiet kbar: frak tal-laħam, li l-binja iniżjali tal-muskolu tiegħu jinżamm u l-iqsar naħa tiegħu ma tkunx inqas minn 1,2 ċm.

Il-preżenza ta' taqxir, li tgħodd sa 30 % tal-piż tal-laħam, għandha tiġi tollerata;

(iii) fletti:

(a) strixxi għat-tul tal-muskolu meħud mill-muskolatura parallela mal-kolonna vertebrali;

(b) strixxi tal-muskolu mill-ħajt abdomenali; f'dan il-każ, il-fletti jistgħu jiġu deskritti bħala fletti taż-żaqq, ukoll;

(iv) tqaxxir (flakes): frammenti tal-laħam li l-binja iniżjali tal-muskolu tiegħu tinżamm u li jkunu ta' daqsijiet eteroġenji;

(v) tonn maħkuk/imqatta' bċejjeċ: frak separat tal-laħam ta' daqs uniformi li ma jikkostitwixxix pejst.

2. Għandha tiġi permessa kull għamla ta' preżentazzjoni għajr dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jew tħejjijiet oħra għall-ikel, sakemm illi jkunu murija biċ-ċar fid-deskrizzjoni kummerċjali.

L-Artikolu 4

Jekk il-mezz ta' l-għata użat jifforma parti integrali mid-deskrizzjoni kummerċjali, għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet segwenti:

- il-frażi "fiż-żejt taż-żebbuġa" għandha tiġi riservata għall-prodotti li jużaw iż-żejt taż-żebbuġa biss, u għandha titħalla barra kull taħlita ma' żjut oħra,

- il-kelma "naturali" għandha tiġi riservata għall-prodotti li jużaw il-meraq ta' l-għasir naturali (bil-likwidu li joħroġ mill-ħut waqt it-tisjir), soluzzjoni tal-melħ jew ilma, possibbilment biż-żieda tal-ħwawar tal-kċina jew ħwawar naturali li jagħtu togħma kif definiti fid-Direttiva 88/388/KEE [5],

- il-frażi "fiż-żejt veġetali" għandha tiġi riservata għal prodotti li jużaw żjut veġetali raffinati, u waħedhom jew f'taħlitiet,

- fejn jiġi użat xi mezz ieħor ta' għata, għandu jiġi identifikat biċ-ċar u b'mod espliċitu billi jintuża l-isem kummerċjali tas-soltu.

L-Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 79/112/KEE u 76/211/KEE id-deskrizzjoni kummerċjali fuq l-ippakkjar tat-tonn jew plamtu priservati għandha turi:

(a) fil-każ tal-preżentazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(1):

- it-tip ta' ħuta (tonn jew tumbrell),

- il-preżentazzjoni li fiha l-ħut jiddaħħal fis-suq, bl-użu tad-deskrizzjoni addattata kif hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 3; din id-dispożizzjoni m'għandhiex tkun obbligatorja fil-każ tal-preżentazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(1)(i),

- id-deskrizzjoni tal-mezz ta' għata użat, soġġett għall-kondizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 4;

(b) fil-każ tal-preżentazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(2):

- it-tip tal-ħut (tonn jew tumbrell),

- in-natura preċiża tat-tħejjija ta' l-ikel.

2. Id-deskrizzjonijiet kummerċjali tat-tonn u l-plamtu priservati, kif definiti fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) rispettivament, ma jistgħu taħt l-ebda ċirkustanza jassoċjaw il-kliem "tonn" u "plamtu".

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 u l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fejn ikun hemm użu kummerċjali stabbilit, it-tip ta' ħut (tonn jew plamtu) użat u l-ispeċi jistgħu jidhru fid-deskrizzjonijiet kummerċjali skond l-isem normalment użat fl-Istati Membri fejn il-prodotti jiddaħħlu fis-suq.

4. Id-deskrizzjoni kummerċjali "naturali" tista' tintuża biss għall-prodotti priżervati mdaħħla fis-suq bil-preżentazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(1)(i) sa (iii) u bil-mezz ta' għata kif deskritt fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4.

L-Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità riferiti fl-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 79/112/KEE, il-proporzjon bejn l-użin tal-ħut miżmum fil-kontenitur wara l-isterilizzazzjoni u l-użin nett imfisser fi grammi għandu jkun mill-inqas:

(a) fil-każ tal-preżentazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(1):

- ta' 70 % fil-każ tal-mezz ta' l-għata msemmi fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4,

- ta' 65 % fil-każ tal-mezzi l-oħra ta' għata;

(b) ta' 25 % fil-każ tal-preżentazzjonijiet jew tħejjijiet ta' l-ikel li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3(2).

L-Artikolu 7

Ir-regoli preskritti b'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dawk stabbiliti bid-Direttiva 91/493/KEE.

L-Artikolu 8

Kif ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha taddotta, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament.

L-Artikolu 9

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1993.

2. Il-prodotti maħżuna li ġew ittikkettjati qabel l-1 ta' Jannar 1993 jistgħu jiġu mibjugħa sad-data tagħhom ta' tul ta' żmien minimu ta' kemm jibqgħu tajbin għall-ikel mogħtija fuq il-pakkett.

3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(2), tonn jew plamtu priservat li jiġi assoċjat miegħu il-kelmiet "tonn" jew "plamtu" fid-deskrizzjoni kummerċjali jistgħu jiddaħħal fis-suq għal perjodu taż-żmien ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ġunju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Eduardo de Azevedo Soares

[1] ĠU L 354, tat-23.12.1991, p. 1.

[2] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/72/KEE (ĠU L 42, tas-16.12.1991, p. 27).

[3] ĠU L 46, tal-21.2.1976, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/891/KEE (ĠU L 311, ta' l-4.11.1978, p. 21).

[4] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15.

[5] ĠU L 184, tat-22.6.1988, p. 61.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ISPEĊI LI GĦALIHOM ISSIR RIFERENZA FL-ARTIKOLU 2

I. TONN

1. Speċi tar-razza Thunnus

(a) Albacore jew tonn ta' pinna twila (Thunnus alalunga)

(b) Tonn tal-pinna safra (Thunnus (neothunnus) albacores)

(ċ) Tonn tal-pinna blu (Thunnus thynnus)

(d) Tonn ta' għajnu kbira (Thunnus (parathunnus) obesus)

(e) Speċi oħra tar-razza Thunnus.

2. Tonn qabbieżi (skipjack) jew tonn ta' żaqqu rrigata

(Euthynnus (Katsuwonus) pelamis).

II. PLAMTU

1. Speċi tar-razza Sarda

(a) Plamtu ta' l-Atlantiku (Sarda sarda)

(b) Plamtu tal-Paċifiku (Sarda chiliensis)

(ċ) Plamtu Orjentali (Sarda orientalis)

(d) Speċi oħra tar-razza Sarda.

2. Speċi tar-razza Euthynnus, minbarra l-ispeċi Euthynnus (Katsuwonus) pelamis

(a) It-tonn żgħir ta' l-Atlantiku (Euthynnus alleteratus)

(b) It-tonn żgħir tal-Lvant (Euthynnus affinis)

(ċ) It-tonn iswed li jaqbeż (Euthynnus lineatus)

(d) Speċi oħra tar-razza Euthynnus.

3. Speċi tar-razza Auxis

(a) Kavalli frigate (Auxis thazard)

(b) Auxis Rochei.

--------------------------------------------------

Top