Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2019/172/02

    Kompożizzjoni tal-Awla Manja

    ĠU C 172, 20.5.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 172/2


    Kompożizzjoni tal-Awla Manja

    (2019/C 172/02)

    Fl-10 ta’ April 2019 il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, għall-perijodu mis-26 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2022, u konformement mal-Artikolu 15(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-ħmistax-il Imħallef li jifformaw l-Awla Manja huma l-President tal-Qorti Ġenerali, il-Viċi President, żewġ Presidenti ta’ Awla maħtura skont sistema ta’ rotazzjoni, l-Imħallfin sedenti fil-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li lilhom tkun ġiet assenjata l-kawża inizjalment u ż-żewġ Imħallfin meħtieġa sabiex jikkompletaw dan il-kulleġġ ġudikanti bi tliet Imħallfin li kieku l-kawża tkun ġiet assenjata lil awla komposta minn ħames Imħallfin, kif ukoll sitt Imħallfin maħtura skont sistema ta’ rotazzjoni, minn fost l-Imħallfin kollha tal-Qorti Ġenerali bl-esklużjoni tal-Presidenti ta’ Awla, billi tiġi segwita, b’mod alternat, l-ordni stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura u l-ordni invers.


    Top