This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0712
Case C-712/21: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (Belgium) lodged on 25 November 2021 — XXX v État belge, represented by the Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration
Kawża C-712/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belgju) fil-25 ta’ Novembru 2021 – XXX vs État belge, représenté par le Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration
Kawża C-712/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belgju) fil-25 ta’ Novembru 2021 – XXX vs État belge, représenté par le Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration
ĠU C 64, 7.2.2022, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belgju) fil-25 ta’ Novembru 2021 – XXX vs État belge, représenté par le Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration
(Kawża C-712/21)
(2022/C 64/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XXX
Konvenut: État belge, représenté par le Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5, 6.6 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), moqrija fid-dawl tas-sentenza C-181/16 tad-19 ta’ Ġunju 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti adita bir-rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ ritorn adottata wara deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ għoti tal-protezzjoni internazzjonali tista’, fl-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni ta’ ritorn, tieħu inkunsiderazzjoni biss bidliet fiċ-ċirkustanzi, li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 5 imsemmi iktar ’il fuq, li seħħew qabel l-għeluq tal-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Conseil du contentieux des étrangers. |
2) |
Iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandhom ikunu seħħew f’mument fejn il-barrani kien f’soġġorn legali jew awtorizzat li jibqa’? |