This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0413
Case T-413/18: Action brought on 4 July 2018 — Portigon v SRB
Kawża T-413/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR
Kawża T-413/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR
ĠU C 294, 20.8.2018, p. 61–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża T-413/18: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2018 – Portigon vs BUR
(Kawża T-413/18)
2018/C 294/76Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżPartijiet
Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener u V. Jungkind, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ April 2018, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante tal-2018 għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek (SRB/ES/SRF/2018/03), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka 7 motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-420/17, Portigon vs BUR ( 1 ).
( 1 ) ĠU 2017, C 277, p. 56.