Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0355

    Kawża C-355/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Barbara Rust-Hackner vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

    ĠU C 294, 20.8.2018, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201808030542050252018/C 294/283552018CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180531212221

    Kawża C-355/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Barbara Rust-Hackner vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

    Top

    C2942018MT2110120180531MT0028211222

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Barbara Rust-Hackner vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

    (Kawża C-355/18)

    2018/C 294/28Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesgericht Salzburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Barbara Rust-Hackner

    Konvenuta: Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) ( 1 ), fil-verżjoni tagħha kif emendata permezz tad-Direttiva 92/96/CEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) ( 2 ), moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ rinunzja għandha tinkludi wkoll indikazzjoni li tgħid li r-rinunzja ma hija suġġetta għal ebda forma partikolari?

    2)

    Ikun għadu possibbli, minħabba t-trażmissjoni ta’ informazzjoni żbaljata rigward id-dritt ta’ rinunzja, li tiġi ddikjarata r-rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja wkoll wara li dan il-kuntratt ġie xolt (u mixtri mill-ġdid) mid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni?


    ( 1 ) Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, ĠU 1990, L 330, p. 50.

    ( 2 ) Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja), ĠU 1992, L 360, p. 1.

    Top