Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0226

    Kawża C-226/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Krohn & Schröder GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni Doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 212a — Proċeduri ta’ importazzjoni — Dejn doganali — Eżenzjoni — Dumping — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u Nru 1239/2013 li jimponu dazju antidumping u dazju kumpensatorju — Eżenzjonijiet)

    ĠU C 255, 29.7.2019, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Krohn & Schröder GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen

    (Kawża C-226/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 212a - Proċeduri ta’ importazzjoni - Dejn doganali - Eżenzjoni - Dumping - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u Nru 1239/2013 li jimponu dazju antidumping u dazju kumpensatorju - Eżenzjonijiet)

    (2019/C 255/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Krohn & Schröder GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 212a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-eżenzjonijiet mid-dazji antidumping u mid-dazji kumpensatorji previsti, rispettivament, fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    2)

    L-Artikolu 212a tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta japplika għal dejn doganali li tnissel skont l-Artikolu 204(1) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat, minħabba li nqabeż it-terminu stabbilit fl-Artikolu 49(1) ta’ dan ir-regolament, il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1238/2013 u fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1239/2013 ma hijiex issodisfatta meta l-kumpannija affiljata ma’ dik elenkata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707 tal-4 Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi, li mmanifatturat, bagħtet u ffatturat il-merkanzija kkonċernata, ma aġixxietx bħala importatur ta’ din il-merkanzija u ma rrilaxxathomx għaċ-ċirkulazzjoni libera, minkejja li kienet biħsiebha tagħmel hekk u li hija effettivament irċeviet il-kunsinna ta’ din il-merkanzija.


    (1)  ĠU C 268, 30.7.2018..


    Top