Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0540

    Kawża T-540/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ Self ‘Electricity Distribution Project’ Nru 20948 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja”)

    ĠU C 255, 29.7.2019, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

    (Kawża T-540/17) (1)

    (“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ Self ‘Electricity Distribution Project’ Nru 20948 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

    (2019/C 255/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Atikolu 272 TFUE u intiża sabiex ir-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tirrimborsa s-somom dovuti fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Distribution Project” Nru 20948, flimkien mal-interessi moratorji.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 52 657 141,77.

    2)

    Għandhom jitħallsu interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali u fuq l-interessi kuntrattwali, ikkalkolati skont il-metodu previst mill-Artikolu 3(2) tal-Ftehim ta’ Self “Electricity Distribution Project” Nru 20948, konkluż bejn il-BEI u r-Repubblika Għarbija Sirjana fil-5 ta’ Frar 2001 u emendat permezz ta’ ittri tat-3 ta’ Ottubru 2003, 28 ta’ Frar 2006, 9 ta’ Mejju u 8 ta’ Ottubru 2007, mid-9 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


    Top