Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0400

    Kawża C-400/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţa, Vasilica Gheorghiţa vs SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

    ĠU C 309, 18.9.2017, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 309/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţa, Vasilica Gheorghiţa vs SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

    (Kawża C-400/17)

    (2017/C 309/37)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Dolj

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Mihaela Iuliana Scripnic, Radu Constantin Scripnic, Alexandru Gheorghiţa, Vasilica Gheorghiţa

    Konvenuti: SC Bancpost SA, SC Bancpost SA – sucursala Dolj

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iżbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt ikopri wkoll is-sitwazzjoni fejn, matul iż-żmien tal-kuntratt eżegwit sussegwentement, tibdil sinjifikattiv tar-rata tal-kambju li l-ebda parti ma setgħat tipprevedi jirrendi l-obbligi tal-konsumatur eċċessivament onerużi meta mqabbla mal-istat tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt?

    2)

    Il-lingwaġġ sempliċi u ċar ta’ klawżola kuntrattwali previst fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jinftiehem fis-sens li l-klawżola inkwistjoni għandha tindika biss ir-raġunijiet tal-inklużjoni tagħha fil-kuntratt u l-mod kif din tiffunzjona, jew għandha tindika wkoll il-konsegwenzi kollha li din jista’ jkollha fuq il-prezz imħallas mill-konsumatur, bħar-riskju tal-kambju?

    3)

    L-espressjoni “ma jkunux jorbtu lill-konsumatur” imsemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 tista’ tiġi interpretata fis-sens li fil-każ ta’ żbilanċ sinjifikattiv fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jseħħ bħala riżultat ta’ bidliet fir-rata tal-kambju, il-qorti nazzjonali tista’ teħles lill-konsumatur mill-obbligu li jbati r-riskju tal-kambju kollu kemm huwa?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


    Top