EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0131

Kawża C-131/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel

ĠU C 168, 29.5.2017, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel

(Kawża C-131/17)

(2017/C 168/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hélder José Cunha Martins [jiġifieri l-parti li titlob l-eżekuzzjoni]

Konvenut: Fundo de Garantia Automóvel [jiġifieri l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni]

Domandi preliminari

1)

Il-kundanna, in solidum, f’azzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta minn inċident tat-traffiku, fl-appell, minn qorti superjuri, mingħajr ma jkun sar rikors għall-prinċipju ta’ immedjatezza, u mingħajr użu sħiħ tal-mezzi kollha ta’ difiża, għandha titqies li hija kawża deċiża b’mod ġust u ekwu, konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Il-mandat ta’ qbid li jkun qed jiġi eżegwit mingħajr ma tkun ingħatat deċiżjoni preċedenti dwar ir-rikors li jikkontestah jikkuntrasta mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


Top