Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0246

    Kawża C-246/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Ibrahima Diallo vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 10(1) — Applikazzjoni għal permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Ħruġ — Terminu — Adozzjoni u notifika tad-deċiżjoni — Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ sitt xhur — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività)

    ĠU C 294, 20.8.2018, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201808030462050182018/C 294/132462017CJC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180627101121

    Kawża C-246/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Ibrahima Diallo vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 10(1) — Applikazzjoni għal permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Ħruġ — Terminu — Adozzjoni u notifika tad-deċiżjoni — Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ sitt xhur — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività)

    Top

    C2942018MT1010120180627MT0013101112

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Ibrahima Diallo vs État belge

    (Kawża C-246/17) ( 1 )

    “(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 10(1) — Applikazzjoni għal permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Ħruġ — Terminu — Adozzjoni u notifika tad-deċiżjoni — Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ sitt xhur — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività)”

    2018/C 294/13Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ibrahima Diallo

    Konvenut: État belge

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni għandha tiġi adottata u nnotifikata fl-istess terminu ta’ sitt xhur previst minn din id-dispożizzjoni.

    2)

    Id-Direttiva 2004/38 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-ħruġ ex officio ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea lill-persuna kkonċernata, meta t-terminu ta’ sitt xhur, indikat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38, ikun skada, mingħajr konstatazzjoni, minn qabel, li l-persuna kkonċernata effettivament tissodisfa l-kundizzjonijiet għal residenza fl-Istat Membru ospitanti skont id-dritt tal-Unjoni.

    3)

    Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha, wara l-annullament ġudizzjarju ta’ deċiżjoni li tirrifjuta l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea, l-awtorità nazzjonali kompetenti jerġa’ jkollha awtomatikament it-terminu sħiħ ta’ sitt xhur indikat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38.


    ( 1 ) ĠU C 231, 17.7.2017

    Top