Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CB0497

    Kawża C-497/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċizjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prekursuri tad-droga — Regolament (KE) Nru 273/2004 — Artikolu 2(a) — Kunċett ta’ “sustanza skedata” — Esklużjoni tal-prodotti mediċinali — Direttiva 2001/83/KE — Artikolu 1(2) — Kunċett ta “prodott mediċinali” — Prodott mediċinali li fih l-efedrina jew il-psewdoefedrina — Regolament (KE) Nru 111/2005 — Artikolu 2(a) — Kunċett ta’ “sustanza skedata” — Anness — Inklużjoni tal-prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdoefedrina — Assenza ta’ effett fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/18


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċizjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč

    (Kawża C-497/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Prekursuri tad-droga - Regolament (KE) Nru 273/2004 - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “sustanza skedata” - Esklużjoni tal-prodotti mediċinali - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 1(2) - Kunċett ta “prodott mediċinali” - Prodott mediċinali li fih l-efedrina jew il-psewdoefedrina - Regolament (KE) Nru 111/2005 - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “sustanza skedata” - Anness - Inklużjoni tal-prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdoefedrina - Assenza ta’ effett fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004))

    (2017/C 168/23)

    Lingwa tal-proċedura: ic-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší soud České republiky

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    Juraj Sokáč

    Dispożittiv

    Il-“prodotti mediċinali”, fis-sens tal-Artikolu 1(2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, komposti minn “sustanzi skedati”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1258/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, bħalma huma l-efedrina u l-psewdoefedrina, jibqgħu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tal-aħħar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1258/2013 u tar-Regolament (UE) Nru 1259/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.


    (1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


    Top