Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0391

    Kawża C-391/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía – Spanja) – Marina del Mediterráneo SL et vs Agencia Pública de Puertos de Andalucía (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri ta’ reviżjoni — Direttiva 89/665/KEE — Artikolu 1(1) — Artikolu 2(1) — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti rigward l-ammissjoni ta’ operatur ekonomiku sabiex jagħmel offerta — Deċiżjoni li ma tistax tiġi kkontestata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía – Spanja) – Marina del Mediterráneo SL et vs Agencia Pública de Puertos de Andalucía

    (Kawża C-391/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(1) - Artikolu 2(1) - Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti rigward l-ammissjoni ta’ operatur ekonomiku sabiex jagħmel offerta - Deċiżjoni li ma tistax tiġi kkontestata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli))

    (2017/C 168/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Andalucía

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Marina del Mediterráneo SL, Marina del Mediterráneo Duquesa SL, Marina del Mediterráneo Estepona SL, Marina del Mediterráneo Este SL, Marinas del Mediterráneo Torre SL, Marina del Mediterráneo Marbella SL, Gómez Palma SC, Enrique Alemán SA, Cyes Infraestructuras SA, Cysur Obras y Medioambiente SA

    Konvenuta: Agencia Pública de Puertos de Andalucía

    fil-preżenza ta’: Consejería de Obras Públicas y Vivienda de la Junta de Andalucía, Nassir Bin Abdullah and Sons SL, Puerto Deportivo de Marbella SA, Ayuntamiento de Marbella

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li d-deċiżjoni li jiġi ammess offerent għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, deċiżjoni li allegatament tikser id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponih, ma tinsabx fost l-atti preparatorji ta’ awtorità kontraenti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja awtonoma.

    2)

    L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, jipproduċu effett dirett.


    (1)  ĠU C 346, 19.10.2015


    Top