EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0472

Kawża C-472/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl- 20 ta’ Ottubru 2014 – Canadian Oil Company Sweden AB u Anders Rantén vs Riksåklagaren

ĠU C 448, 15.12.2014, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Ottubru 2014 – Canadian Oil Company Sweden AB u Anders Rantén vs Riksåklagaren

(Kawża C-472/14)

(2014/C 448/19)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen (l-Isvezja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Canadian Oil Company Sweden AB u Anders Rantén

Konvenuta: Riksåklagaren

Domandi preliminari

1)

Hemm ksur tar-Regolament REACH (1) meta, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Svediża, kwalunkwe persuna li tintroduċi fl-Isvezja, b’mod professjonali, prodott kimiku li għalih hemm obbligu ta’ reġistrazzjoni skont l-imsemmi regolament, għandha wkoll tinnotifikah lill-Kemikalieinspektionen għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru Svediż tal-prodotti?

2)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-obbligu ta’ notifika previst mil-leġiżlazzjoni Svediża huwa kuntrarju għall-Artikolu 34 TFUE fid-dawl tad-derogi permessi mill-Artikolu 36 TFUE?


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1)


Top