EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0328

Kawża T-328/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE ( “Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà” )

ĠU C 448, 15.12.2014, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-328/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

(2014/C 448/29)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


Top