EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0411

Kawża T-411/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Jannar 2011 — Terezakis vs Il-Kummissjoni ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Tibdil tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Rifjut li jinbidlu t-talbiet — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

ĠU C 63, 26.2.2011, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2011 — Terezakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/09) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Tibdil tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Rifjut li jinbidlu t-talbiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 63/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Terezakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: iniżjalment B. Lombart, sussegwentement P. Synoikis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2009 li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal ċerti partijiet kif ukoll għall-annessi ta’ ċerti ittri skambjati bejn l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzji Elleniku dwar l-irregolaritajiet fiskali marbuta mal-kostruzzjoni tal-ajruport ta’ Spata, f’Ateni (il-Greċja)

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


Top