Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0463

    Kawża C-463/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fil- 25 ta’ Novembru 2009 — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa

    ĠU C 63, 13.3.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fil-25 ta’ Novembru 2009 — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa

    (Kawża C-463/09)

    2010/C 63/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CLECE, S.A..

    Konvenuti: María Socorro Martín Valor u Ayuntamiento de Cobisa

    Domanda preliminari

    (1)

    Każ fejn kunsill lokali jieħu lura jew jieħu f’idejh l-attività ta’ tindif tad-diversi bini tiegħu, li preċedentement kienet ipprovduta minn impriża kontraenti, u li għalih il-kunsill lokali impjega persunal ġdid, għandu jitqies li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE (1), kif iddefinit mill-Artikolu 1(1)(a) u (b) tagħha?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)


    Top