Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0517

Kawża C-517/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Collège d'autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l'audiovisuel — il-Belġju) — fil-proċedura RTL Belgium SA, li qabel kienet TVi SA ( “Direttiva 89/552/KEE — Servizzi ta’ xandir televiżiv — Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv — Kunċett ta’ qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja” )

ĠU C 63, 26.2.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Collège d'autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l'audiovisuel — il-Belġju) — fil-proċedura RTL Belgium SA, li qabel kienet TVi SA

(Kawża C-517/09) (1)

(Direttiva 89/552/KEE - Servizzi ta’ xandir televiżiv - Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv - Kunċett ta’ qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2011/C 63/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Collège d’autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l’audiovisuel [Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv]

Partijiet fil-kawża prinċipali

RTL Belgium SA, li qabel kienet TVi SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Collège d’autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l’audiovisuel (Il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri, dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p. 23) — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Servizzi ta’ xandir bit-televiżjoni — Kunċetti ta’ “proviżjoni” ta’ servizz tal-midja awdjoviżiva u ta’ “stħarriġ effettiv kemm fl-għażla ta’ programmi kif ukoll fl-organizzazzjoni tagħhom” — Kunċett ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 267 TFUE.

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv fid-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2009.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


Top