Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0309

    Kawża T-309/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Jannar 2010 — G-Star Raw Denim vs UASI — ESGW (G Stor) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G Stor — Trade marks nazzjonali u Kommunitarji verbali u figurattivi preċedenti G-STAR u G-STAR RAW DENIM — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

    ĠU C 63, 13.3.2010, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/46


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2010 — G-Star Raw Denim vs UASI — ESGW (G Stor)

    (Kawża T-309/08) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G Stor - Trade marks nazzjonali u Kommunitarji verbali u figurattivi preċedenti G-STAR u G-STAR RAW DENIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

    2010/C 63/81

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: G-Star Raw Denim kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Vos, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u J. Novais Gonçalves, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ESGW Holdings Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2008 (R 1232/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G-Star Raw Denim kft u ESGW Holdings Ltd.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    G-Star Raw Denim kft hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 260, 11.10.2008


    Top