This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0512
Case C-512/08: Action brought on 25 November 2008 — Commission of the European Communities v French Republic
Kawża C-512/08: Rikors ippreżentat fil- 25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
Kawża C-512/08: Rikors ippreżentat fil- 25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
ĠU C 44, 21.2.2009, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/29 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-512/08)
(2009/C 44/48)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u E. Traversa, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
— |
tikkonstata li,
ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat KE; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqajjem żewġ ilmenti insostenn tar-rikors tagħha.
Permezz tal-ewwel ilment tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta l-ħtieġa, issollevata mill-konvenuta, li tinkiseb awtorizzazzjoni bil-quddiem, sabiex ikun jista' jittieħed benefiċċju mir-rimbors ta' ċerta kura li ma tingħatax fi sptarijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor. Filwaqt li din il-ħtieġa tista' fil-fatt tkun iġġustifikata meta tirrigwarda prestazzjonijiet mediċi mogħtija fi struttura ta' sptar, minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata kemm aċċessibbiltà suffiċjenti u permanenti għal sensiela ekwilibrata ta' kura fi sptarijiet ta' kwalità kif ukoll kontroll tal-ispejjeż li din toħloq, dan jidher sproporzjonat fir-rigward tal-prestazzjonijiet li jingħatawx fi sptarijiet. Diversi elementi huma ta' natura li jillimitaw l-impatt finanzjarju eventwali tat-tneħħija ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem, bħall-possibbilà, għall-Istati Membri, li jistabbilixxu l-portata tal-kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-mard li jibbenefikaw minnha l-persuni assigurati jew il-kundizzjonijiet nazzjonali ta' għoti tal-prestazzjonijiet, sa fejn dawn ma jkunux la diskriminatorji u lanqas jikkostitwixxu ostakolu għall-moviment liberu tal-persuni.
Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni barra minn hekk ikkundannat in-nuqqas, fid-dritt Franċiż, ta' dispożizzjoni li tippermetti li pazjent affiljat mas-sigurtà soċjali Franċiża jingħata rimbors supplementari fil-kundizzjonijiet previsti fil-punt 53 tas-sentenza tat-12 ta' Lulju 2001, Vanbraekel et, jiġifieri rimbors li jikkorrispondi għad-differenza fir-rigward tal-ammont li huwa kien ikollu dritt għalih li kieku l-kura fi sptar kienet ingħatatlu fl-Istat Membru tiegħu. Konsegwentement, il-pazjenti affiljati ma' din is-sistema ta' sigurtà soċjali ma jibbenefikawx għal kollox mid-drittijiet li huma rrikonoxxuti lilhom mill-Artikolu 49 KE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.