EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0334

Kawża C-334/08: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

ĠU C 223, 30.8.2008, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/39


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-334/08)

(2008/C 223/65)

Lingwa tal-kawża:It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 KE, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2000/597/KE (1) Euratom tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikoli 2, 6, 10, 11, 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 (2) tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, billi rrifjutat li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji għall-obbligu doganali mill-ħruġ, tas-27 ta' Frar 1997, minn naħa tad-Direzione compartimentale delle dogane per le Regioni Puglia e Basilicata, ġewwa Bari, ta' awtorizzazzjonijiet irregolari għall-ħolqien u l-ġestjoni f'Taranto ta' mħażen doganali tat-tip C, u warajhom ta' awtorizzazzjonijiet suċċesivi għat-trasformazzjoni taħt kontroll doganali u għall-perfezzjonament attiv, sa' r-revoka tagħhom fl-4 ta' Diċembru 2002;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors il-Kummissjoni Ewroopea tikkontesta lill-gvern Taljan li rrifjuta li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Komunità Ewropea r-riżorsi proprji — li jammontaw għal madwar EUR 23 miljun — għal numru ta' awtorizzazzjonijiet doganali irregolari maħruġa f'Taranto fil-perijodu li jmur minn Frar 1997 sa Diċembru 2002.

Il-kwistjoni tirrigwarda sostanzjalment ir-responsabbiltà ta' l-ammonti li jirrigwardaw ir-riżorsi proprji mhux miġbura minħabba l-operazzjonijiet irregolari in kwistjoni. Il-gvern Taljan isostni li mhuwiex responsabbli għad-dħul mitluf minħabba dawn l-irregolaritajiet, għaliex dawn ta' l-aħħar huma biss imputabbli għall-uffiċjali li pprovokaw il-ħsara, filwaqt li l-Kummissjoni tinsab konvinta li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ timponi fuq l-Istat Taljan li jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-operat — anki dak irregolari — ta' l-uffiċjali li kienu jaġixxu f'isimha u għan-nom tagħha.


(1)  ĠU L 253, p. 42.

(2)  ĠU L 130, p. 1.


Top