EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0343

Kawża C-343/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 14 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Eropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/41/KE — Attivitajiet u supervizzjoni tal-istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali — Nuqqas ta’ traspożizzjoni parzjali fit-terminu previst — Assenza ta’ istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali stabbiliti fit-territorju nazzjonali — Kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistema nazzjonali tagħhom tal-pensjonijiet għall-irtirar)

ĠU C 63, 13.3.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Eropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-343/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/41/KE - Attivitajiet u supervizzjoni tal-istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni parzjali fit-terminu previst - Assenza ta’ istituzzjonijiet għall-pensjonijiet professjonali stabbiliti fit-territorju nazzjonali - Kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistema nazzjonali tagħhom tal-pensjonijiet għall-irtirar)

2010/C 63/13

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u N. Yerrell, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4 p. 350)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 8, 9, 13, 15 sa 18 u 20(2) sa (4) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Top