Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0328

    Kawża C-328/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

    (Kawża C-328/08) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst)

    (2009/C 44/37)

    Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u I. Koskinen, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, p. 56).

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 236, 13.9.2008.


    Top