EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0169

Kawża T-169/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Longevity Health Products vs UASI — Hennig Arzneimittel (Cellutrim) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Cellidrin — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment nieqes minn kull bażi fid-dritt )

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/46


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Longevity Health Products vs UASI — Hennig Arzneimittel (Cellutrim)

(Kawża T-169/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Cellidrin - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment nieqes minn kull bażi fid-dritt’)

(2009/C 44/81)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Hennig Arzneimittel GmbH & Co. KG (Flörsheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marżu (kawża R 1123/2006-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Celltech Pharma GmbH u Co. KGT, Hennig Arzneimittel GmbH & Co. KG u Longevity Health Products, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


Top