EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0016

Kawża T-16/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 18 ta' Diċembru 2008 — Torres/UASI vs Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés (TORRE DE BENÍTEZ) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali TORRE DE BENÍTEZ — Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti li jevokaw numru ta' torrijiet — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni )

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/45


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Torres/UASI vs Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés (TORRE DE BENÍTEZ)

(Kawża T-16/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali TORRE DE BENÍTEZ - Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti li jevokaw numru ta' torrijiet - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni’)

(2009/C 44/77)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Miguel Torres (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, M. Baz de San Ceferino u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Sociedad Cooperative del Campo San Ginés (Cuenca, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Novembru 2006 (Każ R 36/2006-2) dwar il-proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Sociedad Cooperativa del Campo San Ginés.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


Top