This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0524
Case C-524/06: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 16 December 2008 (reference for a preliminary ruling from the Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (Germany)) — Heinz Huber v Bundesrepublik Deutschland (Protection of personal data — European citizenship — Principle of non-discrimination on grounds of nationality — Directive 95/46/EC — Concept of necessity — General processing of personal data relating to citizens of the Union who are nationals of another Member State — Central register of foreign nationals)
Kawża C-524/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġermanja) — Heinz Huber vs Bundesrepublik Deutschland (Protezzjoni ta' data personali — Ċittadinanza Ewropea — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza — Direttiva 95/46/KE — Kunċett ta' neċessità — Proċessar ġenerali ta' data personali dwar ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor — Reġistru ċentrali tal-barranin)
Kawża C-524/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġermanja) — Heinz Huber vs Bundesrepublik Deutschland (Protezzjoni ta' data personali — Ċittadinanza Ewropea — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza — Direttiva 95/46/KE — Kunċett ta' neċessità — Proċessar ġenerali ta' data personali dwar ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor — Reġistru ċentrali tal-barranin)
ĠU C 44, 21.2.2009, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġermanja) — Heinz Huber vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-524/06) (1)
(Protezzjoni ta' data personali - Ċittadinanza Ewropea - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza - Direttiva 95/46/KE - Kunċett ta' “neċessità’ - Proċessar ġenerali ta' data personali dwar ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor - Reġistru ċentrali tal-barranin)
(2009/C 44/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Heinz Huber
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(1), 17, 18(1) u 43(1) KE kif ukoll tal-Artikolu 7(e) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, p. 31) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ipproċessar ġenerali ta' data personali ta' ċittadini ta' Stati Membri oħrajn f'reġistru ċentrali nazzjonali tal-barranin, li ma ssegwix il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-data personali ta' ċittadini tal-Istat inkwistjoni, liema data hija pproċessata biss f'reġistri komunali ta' dikjarazzjoni ta' domiċilju.
Dispożittiv
1) |
Sistema ta' pproċessar ta' data personali rigward iċ-ċittadini tal-Unjoni li mhumiex ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, bħal dik implementata mir-reġistru ċentrali tal-barranin (Gesetz über das Ausländerzentralregister) tat-2 ta' Settembru 1994, kif emendata mil-liġi tal-21 ta' Ġunju 2005, u li għandha bħala għan is-sostenn tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fuq id-dritt ta' residenza ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' neċessità previst mill-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, interpretat fid-dawl tal-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza ħlief:
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina dawn l-elementi fil-kawża prinċipali. F'kull każ, iż-żamma u l-ipproċessar ta' data personali marbuta ma' ismijiet fil-kuntest ta' reġistru bħar-reġistru ċentrali ta' barranin għal finijiet ta' statistika ma jistgħux jitqiesu bħala neċessarji fis-sens tal-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46. |
2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-istabbiliment minn Stat Membru ta' sistema ta' pproċessar ta' data personali speċifika għaċ-ċittadini tal-Unjoni li mhumiex ċittadini ta' dan l-Istat Membru bil-għan ta' ġlieda kontra l-kriminalità. |