Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015IP0206

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))

    ĠU C 353, 27.9.2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 353/38


    P8_TA(2015)0206

    Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))

    (2016/C 353/05)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)00861),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 177(1)(a), 223(2) u 227(5) tiegħu,

    wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.

    billi s-segwitu tad-data relatata mal-etanol ta' oriġini agrikola jiżgura kemm it-trasparenza kif ukoll l-għarfien rigward l-evoluzzjoni tas-suq, li għadu instabbli u li qed jiffaċċja kompetizzjoni qawwija, b'mod partikolari minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

    B.

    billi tali informazzjoni hija wkoll utli għall-aħħar fejn jidħlu negozjati għal ftehimiet internazzjonali u investigazzjonijiet antidumping;

    C.

    billi l-Eurostat ma jipprovdix tali informazzjoni preċiża, u dan ifisser li m'hemm l-ebda mod alternattiv kif l-operaturi, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jkunu konxji għalkollox dwar is-sitwazzjoni tas-suq;

    1.

    Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


    Top