Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0590

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/590 tat-12 ta’ Jannar 2023 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Latvjana tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/203

    ĠU L 79, 17.3.2023, p. 46–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/590/oj

    17.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 79/46


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/590

    tat-12 ta’ Jannar 2023

    li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Latvjana tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(5), 87(3), 94(3), 97(2), 101(3), 106(1), 118(1) u (2), 119(1) u 122(2), l-Artikoli 271(2) u 279(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bil-lingwa Latvjana tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (2) fiha żbalji fit-titolu tiegħu u fil-premessa (1) fir-rigward tar-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, fil-premessa (2) fir-rigward tal-approvazzjoni tal-imfaqas, fil-premessa (11) fir-rigward tal-imfaqas tal-għasafar miżmuma fil-magħluq u l-imfaqas tat-tjur. Dak ir-Regolament fih ukoll diversi żbalji, li jaffettwaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin: fl-Artikolu 1(3) fir-rigward tal-imfaqas tal-għasafar miżmuma fil-magħluq; fl-Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) fir-rigward tal-bajd għat-tifqis mill-imfaqas; fl-Artikolu 1(6)(b) fir-rigward tal-obbligi ta’ informazzjoni tal-awtorità kompetenti rigward ir-reġistri tagħha tal-imfaqas; fl-Artikolu 1(9) fir-rigward tal-imfaqas irreġistrati jew approvati; fil-Parti II, it-Titolu I, it-titolu tal-Kapitolu 2 fir-rigward tal-imfaqas; fl-Artikolu 7, it-titolu u l-frażi introduttorja fir-rigward tar-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-imfaqas li minnhom il-bajd għat-tifqis tat-tjur jew il-flieles ta’ ġurnata jkunu se jinġarru lejn Stat Membru ieħor; fl-Artikolu 18, it-titolu u l-frażi introduttorja fir-rigward tar-reġistri ta’ stabbilimenti tal-annimali terrestri miżmuma u tal-imfaqas; fil-Parti II, it-Titolu III, it-titolu tal-Kapitolu 2 fir-rigward tal-imfaqas; fl-Artikolu 33, it-titolu, il-frażi introduttorja u l-punt (a) fir-rigward tal-obbligi taż-żamma tar-rekords mill-operaturi tal-imfaqas; fl-Anness I, il-Parti 3, it-titolu fir-rigward tar-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-imfaqas; fl-Anness I, il-Parti 3, il-punt 1, il-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-imfaqas; fl-Anness I, il-Parti 3, il-punt 2, il-frażi introduttorja u l-punt (b) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mal-mi’uri ta’ sorveljanza tal-imfaqas; fl-Anness I, il-Parti 3, il-punt 3, il-frażi introduttorja u l-punti (a), (c) u (f) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir tal-imfaqas; fl-Anness I, il-parti 3, il-punt 5, il-frażi introduttorja u l-punt (a)(i) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-imfaqas; fl-Anness I, il-Parti 4, il-punt 1(a)(ii) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mal-miżuri ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur; fl-Anness I, fil-Parti 4, il-punt 2(b) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mas-sorveljanza tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur; fl-Anness I, il-Parti 4, il-punt 3(b)(iii) u l-punt 3(e) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir ta’ stabbilimenti li jżommu t-tjur; fl-Anness II, it-titolu fir-rigward tal-programm ta’ kontroll mikrobijoloġiku fl-imfaqas u l-programmi ta’ sorveljanza tal-mard fi stabbilimenti li jżommu t-tjur u fl-imfaqas; fl-Anness II, il-Parti 1, it-titolu fir-rigward tal-programm ta’ kontroll mikrobijoloġiku fl-imfaqas; fl-Anness II, il-Parti 2, it-titolu fir-rigward tal-programmi ta’ sorveljanza tal-mard fl-imfaqas u fi stabbilimenti li jżommu t-tjur; fl-Anness II, il-Parti 2, il-punt 2.4(b), il-frażi introduttorja u l-punt (iv) fir-rigward tar-rekwiżiti b’rabta mal-matriċi tal-kampjunar; fl-Anness II, il-Parti 2, il-punt 2.5(b), l-ewwel sentenza u l-punti i) u ii) fir-rigward tar-rekwiżiti fir-rigward tal-qafas tal-kampjunar u l-frekwenza tal-kampjunar.

    (2)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Latvjana tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).


    Top